EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0303

Kawża T-303/18 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 — AV vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Reklutaġġ — Artikolu 13 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Eżami mediku qabel ir-reklutaġġ — Dikjarazzjonijiet inkompleti matul l-eżami mediku — Assenza ta’ dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata ta’ marda — Skoperta ulterjuri mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ — Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Applikazzjoni retroattiva ta’ riżerva medika ta’ perijodu ta’ ħames snin — Każ imressaq quddiem il-Kumitat tal-Invalidità — Terminu raġonevoli — Responsabbiltà — Dannu morali”)

ĠU C 187, 3.6.2019, p. 75–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/75


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 — AV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/18 RENV) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Artikolu 13 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Eżami mediku qabel ir-reklutaġġ - Dikjarazzjonijiet inkompleti matul l-eżami mediku - Assenza ta’ dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata ta’ marda - Skoperta ulterjuri mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ - Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Applikazzjoni retroattiva ta’ riżerva medika ta’ perijodu ta’ ħames snin - Każ imressaq quddiem il-Kumitat tal-Invalidità - Terminu raġonevoli - Responsabbiltà - Dannu morali”)

(2019/C 187/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AV (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2014 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ ta’ din l-istituzzjoni ddeċidiet li tapplika għar-rikorrent r-riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u li ma tagħtihx il-benefiċċju tal-allowance tal-invalidità u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li huwa allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talbiet għal annullament huma miċħuda.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil AV ammont ta’ EUR 3 000.

3)

Il-bqija tat-talbiet għal kumpens huma miċħuda.

4)

AV u l-Kummissjoni għandhom ibatu, it-tnejn li huma, l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-proċedura inizjali quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, fil-kuntest tar-rikors fil-Kawża F-91/15, u ma’ din il-proċedura ta’ kawża mibgħuta lura, fil-kuntest tal-Kawża T-303/18 RENV.

5)

AV għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura tal-appell, fil-Kawża T-701/16 P.


(1)  JO C 406, 7.12.2015 (il-kawża kienet inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni bin-numru F-91/15 u ġiet ittrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


Top