Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0810

    Kawża C-810/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Trnava (is-Slovakkja) fil-21 ta’ Diċembru 2018 – DHL Logistics (Slovakia), spol. s r.o. vs Finančné riaditeľstvo SR

    ĠU C 82, 4.3.2019, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Trnava (is-Slovakkja) fil-21 ta’ Diċembru 2018 – DHL Logistics (Slovakia), spol. s r.o. vs Finančné riaditeľstvo SR

    (Kawża C-810/18)

    (2019/C 82/17)

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Qorti tar-rinviju

    Krajský súd Trnava

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: DHL Logistics (Slovakia), spol. s r.o.

    Konvenuta: Finančné riaditeľstvo SR

    Domanda preliminari

    Is-subintestatura tan-Nomenklatura Magħquda 8525 80 91, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta min-noti ta’ spjega ppubblikati skont l-imsemmi regolament fl-2011 (2) (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2011/C 137/01), għandha tiġi interpretata fis-sens li merkanzija bħal vidjo kameras diġitali (inkwistjoni fil-kawża prinċipali) jistgħu jiġu kklassifikati f’din is-subintestatura minkejja li dawn jippermettu biss li tittieħed u li tiġi rreġistrata sekwenza ta’ vidjo ta’ kwalità inferjuri għal 800 x 600 pixel, f’dan il-każ ta’ 720 x 576 pixel, u li funzjoni oħra ta’ din il-merkanzija, jiġifieri t-teħid u r-reġistrazzjoni ta’ stampi fissi, hija limitata bir-riżoluzzjoni tal-imsemmija stampi li hija ta’ 1 600 x 1 200 pixel (1,92 megapixel)?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

    (2)  ĠU 2011, C 137, p. 1.


    Top