EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0803

Kawża C-803/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-20 ta’ Diċembru 2018 – AAS “BALTA” vs UAB “GRIFS AG”

ĠU C 82, 4.3.2019, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-20 ta’ Diċembru 2018 – AAS “BALTA” vs UAB “GRIFS AG”

(Kawża C-803/18)

(2019/C 82/16)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: AAS “BALTA”

Parti oħra fil-proċedura: UAB “GRIFS AG”

Domanda preliminari

Il-punt (5) tal-Artikolu 15 u l-punt 5 tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fir-rigward ta’ assigurazzjoni li tkopri “riskji kbar”, il-klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni u li tinsab fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż bejn id-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni u l-assiguratur tista’ tiġi invokata kontra l-assigurat kopert minn dan il-kuntratt, li ma ssottoskriviex espressament l-imsemmija klawżola u li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru differenti minn dak tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni u l-assigurat?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).


Top