This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0766
Case C-766/18 P: Appeal brought on 5 December 2018 by the Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi against the judgment of the General Court (Second Chamber) delivered on 25 September 2018 in Case T-328/17: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi v EUIPO
Kawża C-766/18 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 minn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-328/17 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO
Kawża C-766/18 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 minn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-328/17 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO
ĠU C 82, 4.3.2019, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/11 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 minn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-328/17 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO
(Kawża C-766/18 P)
(2019/C 82/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (rappreżentanti: S. Malynicz QC, S. Baran, Barrister, V. Marsland, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, M. J. Dairies EOOD
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara ammissibbli l-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-328/17, Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), EU:T:2018:594, u tilqa’ r-rikors għal annullament tal-appellanti; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti jbatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-appellanti. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli tagħti lit-Trade mark Kollettiva HALLOUMI l-istatus u l-protezzjoni xierqa meħtieġa mir-RTMUE għal tali trade marks kollettivi, bi ksur tal-Artikolu 74 tar-RTMUE. |
2. |
B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta applikat approċċ kompletament mhux immodifikat għall-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tat-Trade mark Kollettiva HALLOUMI, bi ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 74 tar-RTMUE. |
3. |
Il-Qorti Ġenerali evalwat u applikat b’mod żbaljat l-effett tad-deċiżjoni ta’ din il-qorti fil-Kawżi magħquda C-673/15 P sa C-676/15 P, The Tea Board vs EUIPO (“Tea Board”), u tad-digriet motivat tagħha fil-Kawża C-392/12 P, Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus Named Halloumi vs UASI (“HELLIM”), u naqset milli teżegwixxi b’mod korrett is-sentenza fil-Kawża C-196/11 P, Formula One Licensing vs UASI, EU:C:2012:314 (“F1”); u |
4. |
Il-Qorti Ġenerali naqset b’mod żbaljat milli tibgħat lura l-kawża lill-Bordijiet tal-Appell għal eżami mill-ġdid fid-dawl tal-konstatazzjoni tagħha li r-Raba’ Bord tal-Appell kien wettaq – anki fl-opinjoni tal-Qorti Ġenerali – mill-inqas żewġ żbalji fl-evalwazzjoni tiegħu tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. B’dan il-mod, huwa kiser l-Artikolu 8(1)(b) u/jew l-Artikolu 72(2) tar-RTMUE. |