Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0498

    Kawża C-498/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-27 ta’ Lulju 2018 – ZW vs Deutsche Lufthansa AG

    ĠU C 399, 5.11.2018, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-27 ta’ Lulju 2018 – ZW vs Deutsche Lufthansa AG

    (Kawża C-498/18)

    (2018/C 399/31)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: ZW

    Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

    Domandi preliminari

    1)

    It-terminu ta’ sentejn sabiex tiġi eżerċitata l-azzjoni prevista fl-Artikolu 35(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, jista’ jiġi interrott jew sospiż?

    2)

    L-Artikolu 35(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal li jipprovdi li “[i]l-metodu ta’ kalkolazzjoni ta’ dak il-perijodu ghandu jigi determinat mil-ligi tal-qorti li tkun qed tissindaka l-każ” jippermetti li jiġi kkunsidrat li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali dwar il-bidu tal-kalkolu tat-terminu tista’ tipprevali fuq id-dispożizzjoni ġenerali tal-Artikolu 35(1) li tipprovdi li t-terminu jibda jiddekorri mal-wasla fid-destinazzjoni?


    Top