This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0450
Case C-450/18: Request for a preliminary ruling from the Juzgado de lo Social de Gerona (Spain) lodged on 9 July 2018 — WA v Instituto Nacional de la Seguridad Social
Kawża C-450/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Gerona (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2018 – WA vs Instituto Nacional de la Seguridad Social
Kawża C-450/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Gerona (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2018 – WA vs Instituto Nacional de la Seguridad Social
ĠU C 399, 5.11.2018, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Gerona (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2018 – WA vs Instituto Nacional de la Seguridad Social
(Kawża C-450/18)
(2018/C 399/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de Gerona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: WA
Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social
Domanda preliminari
Leġiżlazzjoni nazzjonali (b’mod speċifiku l-Artikolu 60(1) tal-Ley General de Seguridad Social) li tirrikonoxxi d-dritt għal pensjoni addizzjonali, minħabba l-kontribut demografiku għas-sigurtà soċjali, lin-nisa li kellhom ulied bioloġiċi jew adottati u li jibbenefikaw minn pensjonijiet kontributorji ta’ rtirar, tar-romol, jew ta’ inkapaċità permanenti taħt xi tip ta’ skema fi ħdan is-sigurtà soċjali, u li, min-naħa l-oħra, ma tirrikonoxxix dan id-dritt lill-irġiel f’sitwazzjoni identika, tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jipprekludi kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, irrikonoxxut mill-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mid-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976 u mid-Direttiva 2002/73 li temendaha (1), imfassla mill-ġdid permezz tad-Direttiva 2006/54/KE (2) tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fir-rigward tal-aċċess għall-impjieg, għat-taħriġ professjonali u promozzjoni, u għall-kundizzjonijiet tax-xogħol?
(1) Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol, 4, p. 255).
(2) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).