Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0467

    Kawża C-467/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Lukovit – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra EP (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Artikoli 6 u 47 kif ukoll l-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2012/13/UE – Artikolu 8(2) – Direttiva 2013/48/UE – Artikolu 12 – Direttiva (UE) 2016/343 – Artikolu 3 – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza, għal raġunijiet terapewtiċi u ta’ sigurtà, id-detenzjoni psikjatrika ta’ persuni li, fi stat ta’ dimenzja, wettqu atti li huma ta’ perikolu għas-soċjetà – Dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom – Dritt ta’ aċċess għal avukat – Dritt għal rimedju effettiv – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Persuna vulnerabbli)

    ĠU C 399, 25.11.2019, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Lukovit – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra EP

    (Kawża C-467/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Artikoli 6 u 47 kif ukoll l-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2012/13/UE - Artikolu 8(2) - Direttiva 2013/48/UE - Artikolu 12 - Direttiva (UE) 2016/343 - Artikolu 3 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza, għal raġunijiet terapewtiċi u ta’ sigurtà, id-detenzjoni psikjatrika ta’ persuni li, fi stat ta’ dimenzja, wettqu atti li huma ta’ perikolu għas-soċjetà - Dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom - Dritt ta’ aċċess għal avukat - Dritt għal rimedju effettiv - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Persuna vulnerabbli)

    (2019/C 399/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Rayonen sad Lukovit

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    EP

    fil-preżenza ta’: Rayonna prokuratura Lom, KM, HO

    Dispożittiv

    1)

    Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali u d-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw għal proċedura ġudizzjarja, bħal dik prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tawtorizza, għal raġunijiet terapewtiċi u ta’ sigurtà, id-detenzjoni psikjatrika ta’ persuni li, fi stat ta’ dimenzja, wettqu atti li huma ta’ perikolu għas-soċjetà. Id-Direttiva 2012/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-persuni ssuspettati li wettqu reat għandhom jiġu informati bid-drittijiet tagħhom kemm jista’ jkun malajr mill-mument meta s-suspetti li għalihom ikunu suġġetti jiġġustifikaw, f’kuntest li ma huwiex dak tal-urġenza, li l-awtoritajiet kompetenti jirrestrinġu l-libertà tagħhom permezz ta’ miżuri koerċittivi u, l-iktar tard, qabel l-ewwel interrogatorju uffiċjali mill-pulizija.

    2)

    L-Artikolu 47 tal-Karta, kif ukoll l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2012/13, u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi proċedura ġudizzjarja li tawtorizza, għal raġunijiet terapewtiċi u ta’ sigurtà, id-detenzjoni psikjatrika ta’ persuni li, fi stat ta’ dimenzja, wettqu atti li huma ta’ perikolu għas-soċjetà, jekk din il-leġiżlazzjoni ma tippermettix lill-qorti kompetenti tivverifika li d-drittijiet proċedurali previsti minn dawn id-direttivi ġew irrispettati matul proċeduri preċedenti għal dik li biha hija adita dik il-qorti, li ma humiex suġġetti għal tali stħarriġ ġudizzjarju.

    3)

    Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, kif ukoll l-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandhom jiġu interpretati fis-sens li la din id-direttiva u lanqas din id-dispożizzjoni tal-Karta ma japplikaw għal proċedura ġudizzjarja ta’ detenzjoni psikjatrika għal finijiet terapewtiċi, bħal dik prevista fl-Artikoli 155 et seq taż-Zakon za zdraveto (il-Liġi dwar is-Saħħa), inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minħabba li jeżisti riskju li, fid-dawl tal-istat ta’ saħħitha, il-persuna kkonċernata tippreżenta perikolu għas-saħħa tagħha jew dik ta’ terzi.

    4)

    Il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza msemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2016/343 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeħtieġ, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja ta’ detenzjoni psikjatrika, għal raġunijiet terapewtiċi u ta’ sigurtà, ta’ persuni li, fi stat ta’ dimenzja, wettqu atti li huma ta’ perikolu għas-soċjetà, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-prosekutur pubbliku jipproduċi l-prova li l-persuna li hija mitluba d-detenzjoni tagħha hija l-awtur ta’ atti li huma meqjusa li jikkostitwixxu tali perikolu.


    (1)  ĠU C 352, 1.10.2018


    Top