Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0032

    Kawża C-32/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof - l-Awstrija) – Tiroler Gebietskrankenkasse vs Michael Moser (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Regolament (KE) Nru 987/2009 – Artikolu 60 – Benefiċċji tal-familja – Dritt għall-ħlas tad-differenza bejn l-ammont tal-allowance parentali mħallsa fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza u l-allowance għaż-żamma ta’ wild prevista mill-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja)

    ĠU C 399, 25.11.2019, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof - l-Awstrija) – Tiroler Gebietskrankenkasse vs Michael Moser

    (Kawża C-32/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 60 - Benefiċċji tal-familja - Dritt għall-ħlas tad-differenza bejn l-ammont tal-allowance parentali mħallsa fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza u l-allowance għaż-żamma ta’ wild prevista mill-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja)

    (2019/C 399/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Tiroler Gebietskrankenkasse

    Konvenut: Michael Moser

    Dispożittiv

    1)

    It-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu, previst f’din id-dispożizzjoni, li tittieħed inkunsiderazzjoni, għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-portata tad-dritt għall-benefiċċji tal-familja ta’ persuna, il-“familja kollha jekk [daqslikieku] il-persuni kollha involuti kienu suġġetti għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat” japplika kemm fil-każ fejn il-benefiċċji jingħataw konformement mal-leġiżlazzjoni indikata bħala li għandha preċedenza skont l-Artikolu 68(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif ukoll fil-każ fejn il-benefiċċji huma dovuti konformement ma’ leġiżlazzjoni jew leġiżlazzjonijiet oħra.

    2)

    L-Artikolu 68 tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont tas-suppliment li jagħmel tajjeb għad-differenza li għandu jingħata lil ħaddiem skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja, konformement ma’ dan l-artikolu, għandu jiġi kkalkolat b’riferiment għad-dħul effettivament riċevut mill-imsemmi ħaddiem fl-Istat ta’ impjieg.


    (1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


    Top