This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0745
Case T-745/17: Action brought on 14 November 2017 — Kerkosand v Commission
Kawża T-745/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2017 – Kerkosand vs Il-Kummissjoni
Kawża T-745/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2017 – Kerkosand vs Il-Kummissjoni
ĠU C 42, 5.2.2018, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/29 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2017 – Kerkosand vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-745/17)
(2018/C 042/43)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kerkosand spol. s.r.o. (Šajdíkové Humence, ir-Repubblika Slovakka) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u C. Holtmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)5050 final tal-20 ta’ Lulju 2017 dwar il-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.38121 (2016/FC) – Ir-Repubblika Slovakka “Investment aid to the Slovak glass sand producer NAJPI a.s”; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-ittra ta’ notifika mibgħuta lir-rappreżentanti tar-rikorrenti mill-Kummissjoni Ewropea fil-5 ta’ Settembru 2017 fil-proċedura SA.38121 (2016/FC) – Ir-Repubblika Slovakka “Investment aid to the Slovak glass sand producer NAJPI a.s”; kif ukoll |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv: ksur tar-rekwiżit formali essenzjali previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) flimkien mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2015/1589 (1)
|
2. |
It-tieni motiv: ksur tat-TFUE u tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-implementazzjoni tiegħu b’mod partikolari l-Artikolu 107(3)(a) TFUE flimkien mal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 u tal-Artikolu 108(2) TFUE flimkien mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589.
|
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9)
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU 2014, L 187, p. 1)
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU 2008 L 214, p. 3)