Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0641

    Kawża T-641/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – Ferri vs BĊE

    ĠU C 382, 13.11.2017, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/57


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – Ferri vs BĊE

    (Kawża T-641/17)

    (2017/C 382/70)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Claudio Ferri (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Campagnola, avukat)

    Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkonstata l-assenza ta’ eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ superviżjoni attivata bin-nota tal-24 ta’ Marzu 2017 u, bħala riżultat tal-korrispondenza skambjata li fir-rigward tagħha s-servizz kompetenti tal-BĊE ddeċieda li ma jagħtix provvedimenti fuqha peress li qies li l-kwistjoni tirrigwarda l-funzjonijiet ta’ awtoregolamentazzjoni kif ukoll ta’ superviżjoni dwar l-adozzjoni tal-kriterji ta’ kontroll fuq l-operat tal-banek Taljani.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Bank Ċentrali Ewropew ma eżerċitax il-funzjonijiet ta’ superviżjoni li għandu b’riferiment għal dan li ġej:

    L-assenza ta’ ta’ ħruġ fil-ħin tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 72 tal-2015 u l-applikazzjoni konsegwenti tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 385 tal-1993, li tqies li huwa jkompli japplika għal attività oħra li tirriżulta mill-imsmemija assenza ta’ ħruġ mill-Bank d’Italia tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni.

    L-assenza ta’ sejħa lill-Banca d’Italia sabiex twettaq fis-sistema tal-Istat l-adattament tal-leġiżlazzjoni regolatorja tat-tilwim dwar l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet.

    L-assenza ta’ superviżjoni tal-kompatibbiltà tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-effiċjenza tas-sistema bankarja, issa ifformulati b’mod ċar fir-rigward tal-entitajiet bankarji ta’ kumplessità u struttura kbira, fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet ta’ adattament u adegwatezza effettiva.

    Inkorrettezza tal-kriterji ta’ evalwazzjoni dwar l-adegwatezza tal-attività tal-Banco di Credito Cooperattivo fi Frascati, peress li dawn l-istess kriterji ġew b’mod ċar maħsuba u fformulati sabiex jevalwaw l-adegwatezza ta’ sistema bankarja kumplessa u ta’ strutturata ħafna.


    Top