Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0314

    Kawża T-314/17: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2017 – Nosio vs EUIPO (MEZZA)

    ĠU C 231, 17.7.2017, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 231/50


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2017 – Nosio vs EUIPO (MEZZA)

    (Kawża T-314/17)

    (2017/C 231/65)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avvocati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “MEZZA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 822 506

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1518/2016-5

    Talbiet

    tikkonstata l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

    tiddikkjara ammissibbli l-limitazzjoni proposta fil-klassi 33, jiġifieri “xarbiet alkoliċi, b’mod partikolari inbid u inbid frizzanti, li jinsabu fi fliexken u/jew b’kapaċità ta’ kontenut superjuri jew inferjuri għal 0,375 litru”;

    tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

    tannulla d-deċiżjoni mogħtija fl-1 ta’ Marzu 2017 mill-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO fil-Każ R 1518/2016-5, innotifikata fit-23 ta’ Marzu 2017;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

    Motivi invokati

    Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top