Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0302

    Kawża T-302/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (6000)

    ĠU C 231, 17.7.2017, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 231/45


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (6000)

    (Kawża T-302/17)

    (2017/C 231/57)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, Rechtsanwältin)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: is-sinjal “6000” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 112 545

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 656/2016-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    fil-każ li l-appellanti tintervjeni f’din il-proċedura, tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


    Top