Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0283

    Kawża T-283/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – SH vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 231, 17.7.2017, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 231/35


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – SH vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-283/17)

    (2017/C 231/44)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: SH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat,

    konsegwentement,

    tikkonstata l-illegalità tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

    tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2016 tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (iktar ’il quddiem “il-PMO”) u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad b’mod espliċitu l-ilment li jġib id-data tat-3 ta’ Frar 2017;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2016, sa fejn hija bbażata fuq l-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal li jikser il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u/jew fuq it-twelid, il-prinċipju ta’ ugwaljanza, id-dritt għall-edukazzjoni, il-protezzjoni tal-interessi tat-tfal, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ leġittimità ta’ kwalunkwe deroga mid-drittijiet stabbiliti bil-Karta.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball ta’ liġi u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn id-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2016 hija bbażata fuq dispożizzjoni illegali tar-Regolamenti tal-Persunal.


    Top