Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0113

    Kawża T-113/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – Crédit Agricole u Crédit Agricole Corporate and Investment Bank vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 231, 17.7.2017, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 231/27


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – Crédit Agricole u Crédit Agricole Corporate and Investment Bank vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-113/17)

    (2017/C 231/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Crédit Agricole SA (Montrouge, Franza), Crédit Agricole Corporate and Investment Bank (Montrouge) (rappreżentanti: J. P. Tran Thiet, avukat, M. Powell, solicitor, J. Jourdan et J. J. Lemonnier, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    B’mod prinċipali:

    tannulla l-Artikolu 1(a) u, bħala konsegwenza, l-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni;

    fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni.

    B’mod sussidjarju:

    tnaqqas b’mod sinjifikattiv il-multa imposta fuq ir-rikorrenti billi teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha skont l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003.

    B’mod addizzjonali:

    tannulla d-deċiżjonijiet tal-uffiċjal tas-seduta tat-2 ta’ Ottubru 2014, tal-4 ta’ Marzu 2015, tas-27 ta’ Marzu 2015, tad-29 ta’ Lulju 2015 u tad-19 ta’ Settembru 2016 u, bħala konsegwenza, l-Artikolu 1(a) u 2(a) tad-Deċiżjoni;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2016) 8530 final, tas-7 ta’ Diċembru 2016, dwar proċedura li tapplika l-Artikolu 101 TFUE, fil-każ ta’ prodotti dderivati b’rata ta’ interessi fl-euro (AT.39914 – EIRD), li timponi multa ta’ EUR 114 654 000 fuq ir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis sinjifikattiv tal-multa.

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.

    1.

    L-ewwel motiv: ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja u tal-prinċipju tal-kontradittorju.

    2.

    It-tieni motiv: ksur tad-dmir ta’ imparzjalità u tal-preżunjoni ta’ innoċenza.

    3.

    It-tielet motiv: id-deċiżjoni kkontestata ma tistabbilixxix il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-prattiki ta’ manipulazzjoni allegati.

    4.

    Ir-raba’ motiv: id-deċiżjoni kkontestata tikkwalifika b’mod żbaljat il-prattiki kkonċernati bħala restrizzjonijiet minħabba l-għan tagħhom.

    5.

    Il-ħames motiv: żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni sa fejn qieset li l-prattiki kollha kienu jikkostitwixxu ksur wieħed.

    6.

    Is-sitt motiv: id-deċiżjoni kkontestata ma stabbilixxietx b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi li r-rikorrenti kellhom għarfien tal-pjan kollu u r-rieda tagħhom li jieħdu sehem f’dan il-pjan.

    7.

    Is-seba’ motiv: żball ta’ liġi li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika l-allegat ksur min-naħa tar-rikorrenti bħala ksur kontinwu meta dan il-ksur kien, l-iktar l-iktar, wieħed repetut.

    8.

    It-tmien motiv: żball ta’ liġi li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata sa fejn imputat il-prattiki tan-negozjanti lir-rikorrenti.

    9.

    Id-disa’ motiv: il-Kummissjoni imponiet il-multa bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-dmir ta’ motivazzjoni tagħha, tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    10.

    L-għaxar motiv: il-Qorti Ġenerali għandha tnaqqas l-ammont tal-multa li huwa sproporzjonat fir-rigward tal-gravità u tat-tul tal-prattiki.


    Top