EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0021

Kawża T-21/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2017 – RL vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 95, 27.3.2017, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/14


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2017 – RL vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-21/17)

(2017/C 095/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: RL (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara din it-talba ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni adottata fil-11 ta’ Mejju 2016, mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kontenut tagħha ġew ikkomunikati lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Mejju 2016, sabiex ma tiġix promossa għal grad ta’ AD 10 mill-1 ta’ Lulju 2015 u, sa fejn huwa neċessarju, li tannulla d-deċiżjoni adottata fis-6 ta’ Ottubru 2016 mill-kumitat responsabbli tal-ilmenti, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-22 ta’ Lulju 2016;

tikkundanna lill-konvenuta għal kumpens tad-danni materjali subiti mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tas-sistema interna ta’ promozzjonijiet stabbilita fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-uniċità tas-servizz pubbliku Ewropea.


Top