Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0015

    Kawża T-15/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2017 – Mitrakos vs EUIPO – Belasco Baquedano (YAMAS)

    ĠU C 63, 27.2.2017, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/43


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2017 – Mitrakos vs EUIPO – Belasco Baquedano (YAMAS)

    (Kawża T-15/17)

    (2017/C 063/55)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Dimitrios Mitrakos (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: D. Bakopanou, lawyer)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Juan Ignacio Belasco Baquedano (Viana, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “YAMAS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 645 478

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 532/2016-2

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll id-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;

    tiċħad l-oppożizzjoni u tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;


    Top