Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0002

    Kawża T-2/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2017 – J.M. E.V. e hijos vs EUIPO – Masi (MASSI)

    ĠU C 63, 27.2.2017, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/37


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2017 – J.M. E.V. e hijos vs EUIPO – Masi (MASSI)

    (Kawża T-2/17)

    (2017/C 063/48)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: J.M. E.V. e hijos, SRL (Granollers, Spanja) (rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez u J. Güell Serra, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Alberto Masi (Milan, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MASSI” – trade mark tal-UE Nru 414 086

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2016 (irrettifikata b’deċiżjoni tat-3 ta’ Novembru 2016) fil-Każ R 793/2015-1

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiċħad l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata minn Alberto Masi kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 414086 “MASSI” fil-Klassi 12;

    tikkundanna lill-EUIPO, u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO fil-każ li tkun parti f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (res judicata);

    Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top