Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0733

Kawża T-733/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2018 – GMPO vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Sustanza attiva tetrakloridrat ta’ trientina — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax il-prodott mediċinali Cuprior-trientina bħala prodott mediċinali orfni — Regolament (KE) Nru 141/2000 — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 44, 4.2.2019, pp. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/65


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2018 – GMPO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-733/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Sustanza attiva tetrakloridrat ta’ trientina - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax il-prodott mediċinali Cuprior-trientina bħala prodott mediċinali orfni - Regolament (KE) Nru 141/2000 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2019/C 44/85)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GMP-Orphan (GMPO) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Demetriou, QC, E. Mackenzie, barrister, L. Tsang, u J. Mulryne, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Petersen u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6102 final tal-5 ta’ Settembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229) għal “Cuprior – trientina”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top