Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0170

    Kawża T-170/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – RW vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħruġ fuq leave u irtirar mhux volontarji — Eta tal-irtirar — Artikolu 42ċ tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”)

    ĠU C 231, 17.7.2017, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 231/26


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – RW vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-170/17 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħruġ fuq leave u irtirar mhux volontarji - Eta tal-irtirar - Artikolu 42ċ tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))

    (2017/C 231/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: RW (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

    Konvenut(a)(i): Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u A. C. Simon, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2017 li tqiegħed lir-rikorrent fuq leave mhux volontarju fl-interess tas-servizz u li toħorġu fuq irtirar mhux volontarju b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2017.

    Dispożittiv

    1)

    L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Marzu 2017 li tqiegħed lil RW fuq leave mhux volontarju fl-interess tas-servizz u li toħorġu fuq irtirar mhux volontarju b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2017 hija sospiża.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top