Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0747

Kawża T-747/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — UPF vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji implimentata minn Franza favur il-portijiet tagħha — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Għajnuna eżistenti — Kunċett ta’ attività ekonomika — Obbligu ta’ motivazzjoni — Distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

ĠU C 220, 1.7.2019, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — UPF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-747/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji implimentata minn Franza favur il-portijiet tagħha - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Għajnuna eżistenti - Kunċett ta’ attività ekonomika - Obbligu ta’ motivazzjoni - Distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

(2019/C 220/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union des Ports de France — UPF (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: C. Vannini u E. Moraïtou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2116 tas-27 ta’ Lulju 2017 dwar skema ta’ għajnuna Nru SA.38398 (2016/C, ex 2015/E) implimentata minn Franza — Taxxa tal-portijiet fi Franza (ĠU 2017, L 332, p. 24).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Union des ports de France — UPF hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


Top