EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0245

Kawża T-245/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – ViaSat vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament – Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz – Sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) – Deċiżjoni 2007/98/KE – Proċedura armonizzata ta’ għażla tal-operaturi – Awtorizzazzjonijiet għall-operaturi magħżula – Deċiżjoni Nru 626/2008/KE – Talba li tittieħed azzjoni – Assenza ta’ intimazzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni – Inammissibbiltà – Rifjut li tittieħed azzjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà – Kompetenza tal-Kummissjoni”)

ĠU C 163, 3.5.2021, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – ViaSat vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-245/17) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament - Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz - Sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) - Deċiżjoni 2007/98/KE - Proċedura armonizzata ta’ għażla tal-operaturi - Awtorizzazzjonijiet għall-operaturi magħżula - Deċiżjoni Nru 626/2008/KE - Talba li tittieħed azzjoni - Assenza ta’ intimazzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Inammissibbiltà - Rifjut li tittieħed azzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Kompetenza tal-Kummissjoni”)

(2021/C 163/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ViaSat, Inc. (Carlsbad, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Righini, J. Ruiz Calzado, P. de Bandt, M. Gherghinaru u L. Panepinto, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun, L. Nicolae u V. Di Bucci, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentant: M. Bulterman, aġent), Eutelsat SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. de la Brosse u C. Barraco-David, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: EchoStar Mobile Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Robertson, QC), Inmarsat Ventures Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Spontoni, B. Amory, É. Barbier de La Serre, avukati, u A. Howard, barrister),

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tieħu ċerti miżuri fil-kuntest tal-applikazzjoni armonizzata tar-regoli fil-qasam tal-provvista ta’ servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittri tal-Kummissjoni tal-14 u tal-21 ta’ Frar 2017 li permezz tagħhom hija wieġbet wara t-talba tar-rikorrenti li tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ViaSat, Inc. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Eutelsat SA, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, EchoStar Mobile Ltd u Inmarsat Ventures Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017.


Top