EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0223

Kawża T-223/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 — Adapta Color vs EUIPO — Coatings Foreign IP (ADAPTA POWDER COATINGS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ADAPTA POWDER COATINGS — Dikjarazzjoni ta’ Invalidità mill-Bord tal-Appell — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001) — Ksur tad-dritt għal smigħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001) — Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)

ĠU C 187, 3.6.2019, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/67


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 — Adapta Color vs EUIPO — Coatings Foreign IP (ADAPTA POWDER COATINGS)

(Kawża T-223/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ADAPTA POWDER COATINGS - Dikjarazzjoni ta’ Invalidità mill-Bord tal-Appell - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001) - Ksur tad-dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001) - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)

(2019/C 187/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Adapta Color, SL (Peñiscola, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis, A. Söder u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Coatings Foreign IP Co. LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Rajendra, solicitor, u S. Malynicz, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 (Każ R 2522/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Coatings Foreign IP u Adapta Color.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Adapta Color, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 202, 26.6.2017.


Top