This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0190
Case T-190/17: Judgment of the General Court of 21 December 2021 — EKETA v Commission (Arbitration clause — Cater contract concluded under the Sixth Framework Programme — Eligible costs — Debit note issued by the Commission for the recovery of amounts advanced — Reliability of the time records — Conflict of interests)
Kawża T-190/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Cater konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas – Spejjeż eliġibbli – Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Kunflitt ta’ interess”)
Kawża T-190/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Cater konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas – Spejjeż eliġibbli – Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Kunflitt ta’ interess”)
ĠU C 95, 28.2.2022, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 95, 28.2.2022, p. 8–8
(GA)
28.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-190/17) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Cater konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas - Spejjeż eliġibbli - Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa - Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet - Kunflitt ta’ interess”)
(2022/C 95/30)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: A. Katsimerou, T. Adamopoulos u J. Estrada de Solà, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni li d-dejn imsemmi fin-nota ta’ debitu Nru 3241615289 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2016, skont liema r-rikorrent kellu jirrimborsa lilha l-ammont ta’ EUR 172 992.15 mis-sussidju rċevut minnu għal studju fuq proġett ta’ riċerka msejjaħ Cater, huwa infondat fir-rigward tal-ammont ta’ EUR 28 520.08 u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli li r-rikorrent ma huwiex obbligat li jirrimborsa.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis huwa kkundannat għall-ispejjeż. |