This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0170
Case T-170/17: Judgment of the General Court of 8 May 2019 — RW v Commission (Civil Service — Officials — Article 42c of the Staff Regulations — Leave in the interests of the service — Automatic retirement — Interest in bringing proceedings — Admissibility — Scope of the law — Literal, contextual and teleological interpretation)
Kawża T-170/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — RW vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal — Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz — Irtirar ex officio — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi — Interpretazzjoni litterali, kuntestwali u teleoloġika”)
Kawża T-170/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — RW vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal — Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz — Irtirar ex officio — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi — Interpretazzjoni litterali, kuntestwali u teleoloġika”)
ĠU C 220, 1.7.2019, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — RW vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-170/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal - Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz - Irtirar ex officio - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi - Interpretazzjoni litterali, kuntestwali u teleoloġika”)
(2019/C 220/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: RW (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berscheid u A.-C. Simon, sussegwentement minn G. Berscheid u B. Mongin, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2017 li r-rikorrent jitpoġġa fuq leave fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, simultanjament, f’irtirar ex officio, skont il-ħames paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2017 li biha RW tpoġġa fuq leave fl-interess tas-servizz u, simultanjament, f’irtirar ex officio hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti minn RW, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |