Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0110

Kawża T-110/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Jiangsu Seraphim Solar System vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina – Impenji – Ammissibbiltà – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 – Annullament ta’ fatturi konformi – Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda)

ĠU C 329, 5.10.2020, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Jiangsu Seraphim Solar System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/17) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Impenji - Ammissibbiltà - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 - Annullament ta’ fatturi konformi - Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda)

(2020/C 329/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: Y. Melin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Kuplewatzky u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2146 tas-7 ta’ Diċembru 2016 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn ta’ żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri definittivi (ĠU 2016, L 333, p. 4), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2146 tas-7 ta’ Diċembru 2016 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn ta’ żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Jiangsu Seraphim Solar System.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


Top