EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0051

Kawża T-51/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Setturi tal-frott u l-ħaxix — Għajnuna lill-gruppi ta’ produtturi — Spejjeż magħmula mill-Polonja — Nuqqasijiet fil-kontrolli prinċipali — Kontrolli fuq il-pjanijiet ta’ rikonoxximent u fuq il-kriterji ta’ rikonoxximent — Kontrolli tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna — Koerenza ekonomika — Natura raġonevoli tal-ispejjeż — Nuqqasijiet sistemiċi — Riskju għall-FAEG — Korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 25 %”)

ĠU C 187, 3.6.2019, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/65


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-51/17) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Setturi tal-frott u l-ħaxix - Għajnuna lill-gruppi ta’ produtturi - Spejjeż magħmula mill-Polonja - Nuqqasijiet fil-kontrolli prinċipali - Kontrolli fuq il-pjanijiet ta’ rikonoxximent u fuq il-kriterji ta’ rikonoxximent - Kontrolli tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna - Koerenza ekonomika - Natura raġonevoli tal-ispejjeż - Nuqqasijiet sistemiċi - Riskju għall-FAEG - Korrezzjonijiet b’rata fissa ta’ 25 %”)

(2019/C 187/69)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Straś, M. Pawlicka u B. Paziewska,)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn K. Skelly u A. Stobiecka-Kuik, sussegwentement minn A. Stobiecka-Kuik u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali, Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2018, tal-15 ta’ Novembru 2016, li teskludi mill-finanzjament infiq speċifiku mwettaq mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 312, p. 26), sa fejn din tirrigwarda l-korrezzjonijiet b’rata fissa applikati fir-rigward tar-republika tal-Polonja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


Top