Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0006

    Kawża T-6/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Equivalenza Manufactory vs EUIPO – ITM Entreprises (BLACK LABEL BY EQUIVALENZA) (“Trade mark tal-Unjon Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BLACK LABEL BY EQUIVALENZA — Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti LABELL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 142, 23.4.2018, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/48


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Equivalenza Manufactory vs EUIPO – ITM Entreprises (BLACK LABEL BY EQUIVALENZA)

    (Kawża T-6/17) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjon Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BLACK LABEL BY EQUIVALENZA - Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti LABELL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

    (2018/C 142/64)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Equivalenza Manufactory, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u M. del Mar Baldares, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: ITM Entreprises SAS (Pariġi, Franza)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 690/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ITM Entreprises u Equivalenza Manufactory.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 690/2016-2) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Equivalenza Manufactory, SL matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


    (1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


    Top