Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0661

Kawża C-661/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Novembru 2017 – M.A., S.A., A.Z. vs The International Protection Appeals Tribunal, The Minister for Justice and Equality, Attorney General, l-Irlanda

ĠU C 42, 5.2.2018, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Novembru 2017 – M.A., S.A., A.Z. vs The International Protection Appeals Tribunal, The Minister for Justice and Equality, Attorney General, l-Irlanda

(Kawża C-661/17)

(2018/C 042/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.A., S.A., A.Z.

Konvenuti: International Protection Appeals Tribunal, Minister for Justice and Equality, Attorney General, l-Irlanda

Domandi preliminari

1)

Fir-rigward tat-trasferiment ta’ applikant għal protezzjoni taħt ir-Regolament Nru 604/2013 (1) lejn ir-Renju Unit, l-awtorità nazzjonali kompetenti, fl-eżami ta’ kull kwistjoni li tqum fir-rigward tal-klawżola diskrezzjonali msemmija fl-Artikolu 17 u/jew ta’ kull kwistjoni ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fir-Renju Unit, hija marbuta li ma tieħux inkunsiderazzjoni fatti bħal dawk preżenti fil-mument ta’ dan l-eżami għal dak li jikkonċerna l-irtirar propost tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?

2)

Il-kunċett ta’ “l-Istat Membru determinanti” li jinsab fir-Regolament Nru [604]/2013 jinkludi r-rwol tal-Istat Membru li jeżerċita s-setgħa rrikonoxxuta jew mogħtija mill-Artikolu 17 tar-regolament?

3)

Il-funzjonijiet ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 604/2013 jinkludu s-setgħa rrikonoxxuta jew mogħtija mill-Artikolu 17 tal-imsemmi regolament?

4)

Il-kunċett ta’ rimedju effettiv japplika għal deċiżjoni meħuda fl-ewwel istanza taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 604/2013 b’tali mod li appell jew rimedju ekwivalenti għandu jiġi previst kontra tali deċiżjoni u/jew b’tali mod li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi proċedura ta’ appell minn deċiżjoni meħuda fl-ewwel istanza taħt ir-regolament għandha tiġi interpretata bħala li tinkludi appell minn deċiżjoni taħt l-Artikolu 17?

5)

L-Artikolu 20(3) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu l-effett li fl-assenza ta’ kwalunkwe prova li tikkonfuta preżunzjoni li huwa fl-aqwa interess tal-wild li s-sitwazzjoni tiegħu tiġi trattata bħala li hija indissoċjabbli minn dik tal-ġenituri tiegħu, l-awtorità nazzjonali kompetenti ma hijiex marbuta teżamina dan l-interess tal-wild b’mod separat mill-kawża tal-ġenituri bħala kwistjoni distinta jew bħala punt ta’ tluq sabiex jiġi eżaminat jekk it-trasferiment għandux iseħħ?


(1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31).


Top