Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0599

Kawża C-599/17: Rikors ippreżentat fis–16 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir–Renju ta’ Spanja

ĠU C 5, 8.1.2018, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/23


Rikors ippreżentat fis–16 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir–Renju ta’ Spanja

(Kawża C-599/17)

(2018/C 005/30)

Lingwa tal-kawża: l–Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rius u T. Scharf, aġenti)

Konvenut: Ir–Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja, billi ma adottatx, sat-3 ta’ Lulju 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392, tas-17 ta’ Diċembru 2015, dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament (2), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 fid-dritt intern skada fit-3 ta’ Lulju 2016.


(1)  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, p. 1)

(2)  GU L 332, p. 126.


Top