Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0437

    Kawża C-437/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Lulju 2017 – Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH vs EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

    ĠU C 382, 13.11.2017, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Lulju 2017 – Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH vs EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

    (Kawża C-437/17)

    (2017/C 382/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

    Konvenuta: EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 45 TFEU u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011/KE (1) dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali [dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-punt 1 tal-Artikolu 3(2), tal-Artikolu 3(3) u tal-Artikolu 2(1) tal-Urlaubsgesetz (liġi dwar il-leave)], li skontha ħaddiem li jkollu total ta’ 25 sena servizz, iżda li ma jkunx wettaqhom mal-istess persuna li timpjega Awstrijaka, jibbenefika biss minn leave annwali ta’ ħames ġimgħat, filwaqt li ħaddiem li jkun wettaq 25 sena servizz mal-istess persuna li timpjega Awstrijaka għandu dritt għal sitt ġimgħat leave fis-sena?


    (1)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011,dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 141, p. 1.


    Top