Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0161

    Kawża C-161/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Marzu 2017 – Land Nordrhein-Westfalen vs Dirk Renckhoff

    ĠU C 231, 17.7.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 231/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Marzu 2017 – Land Nordrhein-Westfalen vs Dirk Renckhoff

    (Kawża C-161/17)

    (2017/C 231/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Land Nordrhein-Westfalen

    Konvenut: Dirk Renckhoff

    Domanda preliminari

    L-inklużjoni, f’sit internet aċċessibbli mill-pubbliku, ta’ xogħol li huwa liberament disponibbli għall-utenti tal-internet kollha f’sit internet ieħor bl-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur, tikkostitwixxi tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 (1), meta dan ix-xogħol l-ewwel jiġi kkopjat fuq server u sussegwentement, minn hemmhekk, jitniżżel fis-sit internet?


    (1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


    Top