This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0103
Case C-103/17: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (France) lodged on 27 February 2017 — Messer France SAS, as successor in title to Praxair v Premier ministre, Commission de régulation de l’énergie, Ministre de l’économie et des finances, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer
Kawża C-103/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-27 ta’ Frar 2017 – Messer France SAS, suċċessur fid-drittijiet ta’ Praxair vs Premier ministre, Commission de régulation de l’énergie, Ministre de l’économie et des finances, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer
Kawża C-103/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-27 ta’ Frar 2017 – Messer France SAS, suċċessur fid-drittijiet ta’ Praxair vs Premier ministre, Commission de régulation de l’énergie, Ministre de l’économie et des finances, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer
ĠU C 161, 22.5.2017, pp. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-27 ta’ Frar 2017 – Messer France SAS, suċċessur fid-drittijiet ta’ Praxair vs Premier ministre, Commission de régulation de l’énergie, Ministre de l’économie et des finances, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer
(Kawża C-103/17)
(2017/C 161/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Messer France SAS, suċċessur fid-drittijiet ta’ Praxair
Konvenuti: Premier ministre, Commission de régulation de l’énergie, Ministre de l’économie et des finances, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer
Domandi preliminari
|
1) |
Meta Stat Membru, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 (1), ma ħa, inizjalment, l-ebda dispożizzjoni intiża li toħloq dazju tas-sisa fuq il-konsum ta’ elettriku, iżda żamm taxxa indiretta maħluqa preċedentement imposta fuq dan il-konsum, kif ukoll taxxi lokali:
|
|
2) |
Kontribuzzjoni bbażata fuq il-konsum ta’ elettriku li d-dħul minnha huwa allokat kemm għall-finanzjament tal-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi rinovabbli u mill-koġenerazzjoni kif ukoll għall-implementazzjoni ta’ ekwalizzazzjoni tariffarja ġeografika u ta’ tnaqqis tal-prezz tal-elettriku għall-familji f’sitwazzjoni ta’ prekarjetà għandha titqies bħala li tfittex għanijiet speċifiċi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-25 ta’ Frar 1992, riprodotti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tas-16 ta’ Diċembru 2008 (3)? |
|
3) |
Fil-każ fejn biss uħud mill-għanijiet segwiti jistgħu jiġu kklassifikati bħala speċifiċi, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-persuni taxxabbli jistgħu xorta waħda jitolbu r-rimbors totali tal-kontribuzzjoni kontenzjuża, jew biss rimbors parzjali skont il-parti, fit-total tal-ispejjeż li din tiffinanzja, ta’ dawk li ma jikkorrispondux għal għan speċifiku? |
|
4) |
Fil-każ fejn, skont ir-risposta mogħtija għad-domandi preċedenti, is-sistema tal-kontribuzzjoni lis-servizz pubbliku tal-elettriku hija, totalment jew parzjalment, inkompatibbli mar-regoli ta’ tassazzjoni tal-elettriku previsti mid-dritt tal-Unjoni, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(10) tad-Direttiva tas-27 ta’ Ottubru 2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sal-1 ta’ Jannar 2009, l-osservanza tal-livelli minimi ta’ tassazzjoni previsti minn din id-direttiva tikkostitwixxi, fost ir-regoli ta’ tassazzjoni tal-elettriku previsti mid-dritt tal-Unjoni, l-uniku obbligu impost fuq Franza? |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179).
(3) Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, p. 12).