EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0487

Kawżi magħquda C-487/17 sa C-489/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Alfonso Verlezza et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2008/98/KE u Deċiżjoni 2000/532/KE — Skart — Klassifikazzjoni bħala skart perikoluż — Skart li jista’ jiġi attribwit kodiċijiet korrispondenti kemm għal skart perikoluż kif ukoll għal skart mhux perikoluż)

ĠU C 187, 3.6.2019, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Alfonso Verlezza et

(Kawżi magħquda C-487/17 sa C-489/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2008/98/KE u Deċiżjoni 2000/532/KE - Skart - Klassifikazzjoni bħala skart perikoluż - Skart li jista’ jiġi attribwit kodiċijiet korrispondenti kemm għal skart perikoluż kif ukoll għal skart mhux perikoluż)

(2019/C 187/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

Alfonso Verlezza, Riccardo Traversa, Irene Cocco, Francesco Rando, Carmelina Scaglione, Francesco Rizzi, Antonio Giuliano, Enrico Giuliano, Refecta Srl, E. Giovi Srl, Vetreco Srl, SE.IN Srl

Dispożittiv

1)

L-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2014, kif ukoll l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż, fil-verżjoni emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta’ Diċembru 2014, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-detentur ta’ skart li jista’ jiġi kklassifikat kemm taħt kodiċijiet ta’ skart perikoluż kif ukoll taħt kodiċijiet ta’ skart mhux perikoluż, iżda li l-kompożizzjoni tiegħu ma hijiex magħrufa minn qabel, għandu, għal din il-klassifikazzjoni, jiddetermina l-imsemmi kompożizzjoni u jfittex is-sustanzi perikolużi li raġonevolment jistgħu jinstabu hemm sabiex jistabbilixxi jekk dan l-iskart għandux proprjetajiet perikolużi u jista’, għal dan il-għan, juża kampjuni, analiżijiet kimiċi u testijiet previsti mir-Regolament Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) jew kwalunkwe kampjun, analiżi kimika u test ieħor irrikonoxxuti fil-livell internazzjonali.

2)

Il-prinċipju ta’ prekawzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li meta, wara evalwazzjoni tar-riskji kemm jista’ jkun kompleta fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni, huwa fil-prattika impossibbli għad-detentur ta’ skart li jista’ jiġi kklassifikat kemm taħt kodiċijiet ta’ skart perikoluż kif ukoll taħt kodiċijiet ta’ skart mhux perikoluż li jistabbilixxi l-preżenza ta’ sustanzi perikolużi jew li jevalwa l-proprjetajiet perikolużi li għandu l-imsemmi skart, dan tal-aħħar għandu jiġi kklassifikat bħala skart perikoluż.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017


Top