EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0350

Kawżi Magħquda C-350/17 u C-351/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Mobit Soc.cons.arl vs Regione Toscana (C-350/17), Autolinee Toscane SpA vs Mobit Soc.cons.arl (C-351/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1370/2007 — Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq — Artikolu 5 — Għoti ta’ kuntratti għal servizzi pubbliċi — Artikolu 5(2) — Għoti dirett — Kunċett ta’ “operatur intern” — Awtorità li teżerċita kontroll simili — Article 8(2) — Sistema tranżitorja — Terminu ta’ skadenza tal-għoti dirett)

ĠU C 187, 3.6.2019, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Mobit Soc.cons.arl vs Regione Toscana (C-350/17), Autolinee Toscane SpA vs Mobit Soc.cons.arl (C-351/17)

(Kawżi Magħquda C-350/17 u C-351/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq - Artikolu 5 - Għoti ta’ kuntratti għal servizzi pubbliċi - Artikolu 5(2) - Għoti dirett - Kunċett ta’ “operatur intern” - Awtorità li teżerċita kontroll simili - Article 8(2) - Sistema tranżitorja - Terminu ta’ skadenza tal-għoti dirett)

(2019/C 187/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

(Kawża C-350/17)

Rikorrenti: Mobit Soc. cons. arl

Konvenuti: Regione Toscana

fil-preżenza ta’: Autolinee Toscane SpA, Régie Autonome des Transports Parisiens (RATP) (C-350/17)

(Kawża C-351/17)

Rikorrenti: Autolinee Toscane SpA

Konvenuti: Mobit Soc. cons. arl,

fil-preżenza ta’: Regione Toscana, Régie Autonome des Transports Parisiens (RATP) (C-351/17)

Dispożittiv

L-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament ma japplikax għal proċedura ta’ għoti mwettqa qabel it-3 ta’ Diċembru 2019, b’tali mod li awtorità kompetenti li tagħti, permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni li tagħlaq proċedura ta’ sejħa għal offerti, qabel din id-data, kuntratt ta’ konċessjoni għal servizz pubbliku ta’ trasport lokali tal-passiġġieri bit-triq ma hijiex meħtieġa li tikkonforma ruħha mal-imsemmi Artikolu 5.


(1)  ĠU C 330, 2.10.2017.


Top