This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0346
Case C-346/17 P: Judgment of the Court (Third Chamber) of 6 September 2018 — Christoph Klein v European Commission, Federal Republic of Germany (Appeal — Second paragraph of Article 340 TFEU — Non-contractual liability of the European Union — Directive 93/42/EEC — Medical devices — Article 8(1) and (2) — Safeguard clause procedure — Notification by a Member State of a decision prohibiting the placing on the market of a medical device — Absence of a decision by the European Commission — Sufficiently serious breach of a rule of law intended to confer rights on individuals — Causal link between the conduct of the institution and the damage alleged — Evidence of the existence and extent of the damage)
Kawża C-346/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Christoph Klein vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Appell — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 93/42/KEE — Mezzi mediċi — Artikolu 8(1) u (2) — Proċedura ta’ klawżola ta’ salvagwardja — Notifika minn Stat Membru ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ mezz mediku — Assenza ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea — Ksur serju biżżejjed ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tikkonferixxi drittijiet fuq l-individwi — Rabta kawżali bejn l-aġir tal-istituzzjoni u d-dannu invokat — prova tal-eżistenza u l-portata tad-dannu)

ĠU C 399, 5.11.2018, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Christoph Klein vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-346/17 P) (1)
((Appell - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 93/42/KEE - Mezzi mediċi - Artikolu 8(1) u (2) - Proċedura ta’ klawżola ta’ salvagwardja - Notifika minn Stat Membru ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ mezz mediku - Assenza ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea - Ksur serju biżżejjed ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tikkonferixxi drittijiet fuq l-individwi - Rabta kawżali bejn l-aġir tal-istituzzjoni u d-dannu invokat - prova tal-eżistenza u l-portata tad-dannu))
(2018/C 399/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Christoph Klein (rappreżentant: H.-J. Ahlt, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, A. Sipos u A. C. Becker, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Settembru 2016, Klein vs Il-Kummissjoni, (T-309/10 RENV, mhux ippubblikata, EU:T:2016:570), hija annullata parzjalment sa fejn tiddeċiedi li Christoph Klein ma stabbilixxiex rabta kawżali diretta u suffiċjenti li tista’ tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea. |
2) |
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. |
3) |
Ir-rikors ta’ Christoph Klein intiż li jitlob kumpens għad-dannu allegatament subit wara l-ksur mill-Kummissjoni Ewropea tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi, huwa miċħud. |
4) |
Christoph Klein u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell. |
5) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri fl-ewwel istanza. |