This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0297
Joined Cases C-297/17, C-318/17, C-319/17 and C-438/17: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 19 March 2019 (requests for a preliminary ruling from the Bundesverwaltungsgericht — Germany) — Bashar Ibrahim (C-297/17), Mahmud Ibrahim and Others (C-318/17), Nisreen Sharqawi, Yazan Fattayrji, Hosam Fattayrji (C-319/17) v Bundesrepublik Deutschland, Bundesrepublik Deutschland v Taus Magamadov (C-438/17) (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Common procedures for granting and withdrawing international protection — Directive 2013/32/EU — Article 33(2)(a) — Rejection by the authorities of a Member State of an application for asylum as being inadmissible because of the prior granting of subsidiary protection in another Member State — Article 52 — Scope ratione temporis of that directive — Articles 4 and 18 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Systemic flaws in the asylum procedure in that other Member State — Systematic rejection of applications for asylum — Substantial risk of suffering inhuman or degrading treatment — Living conditions of those granted subsidiary protection in that other State)
Kawżi magħquda C-297/17, C-318/17, C-319/17 u C-438/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Bashar Ibrahim (C-297/17), Mahmud Ibrahim et (C-318/17),Nisreen Sharqawi, Yazan Fattayrji, Hosam Fattayrji (C-319/17) vs Bundesrepublik Deutschland, Bundesrepublik Deutschland vs Taus Magamadov (C-438/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 33(2)(a) — Ċaħda mill-awtor-tajiet ta’ Stat Membru ta’ applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli minħabba l-għoti preċedenti ta’ protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru ieħor — Artikolu 52 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis ta’ din id-direttiva — Artikoli 4 u 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Nuqqasijiet sistemiċi tal-proċedura ta’ ażil f’dan l-Istat Membru l-ieħor — Ċaħda sistemika tal-applikazzjonijiet għall-ażil — Riskju reali u pprovat li persuna tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti — Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja f’dan l-aħħar Stat)
Kawżi magħquda C-297/17, C-318/17, C-319/17 u C-438/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Bashar Ibrahim (C-297/17), Mahmud Ibrahim et (C-318/17),Nisreen Sharqawi, Yazan Fattayrji, Hosam Fattayrji (C-319/17) vs Bundesrepublik Deutschland, Bundesrepublik Deutschland vs Taus Magamadov (C-438/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 33(2)(a) — Ċaħda mill-awtor-tajiet ta’ Stat Membru ta’ applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli minħabba l-għoti preċedenti ta’ protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru ieħor — Artikolu 52 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis ta’ din id-direttiva — Artikoli 4 u 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Nuqqasijiet sistemiċi tal-proċedura ta’ ażil f’dan l-Istat Membru l-ieħor — Ċaħda sistemika tal-applikazzjonijiet għall-ażil — Riskju reali u pprovat li persuna tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti — Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja f’dan l-aħħar Stat)
ĠU C 187, 3.6.2019, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Bashar Ibrahim (C-297/17), Mahmud Ibrahim et (C-318/17), Nisreen Sharqawi, Yazan Fattayrji, Hosam Fattayrji (C-319/17) vs Bundesrepublik Deutschland, Bundesrepublik Deutschland vs Taus Magamadov (C-438/17)
(Kawżi magħquda C-297/17, C-318/17, C-319/17 u C-438/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 33(2)(a) - Ċaħda mill-awtor-tajiet ta’ Stat Membru ta’ applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli minħabba l-għoti preċedenti ta’ protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru ieħor - Artikolu 52 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis ta’ din id-direttiva - Artikoli 4 u 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Nuqqasijiet sistemiċi tal-proċedura ta’ ażil f’dan l-Istat Membru l-ieħor - Ċaħda sistemika tal-applikazzjonijiet għall-ażil - Riskju reali u pprovat li persuna tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti - Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja f’dan l-aħħar Stat)
(2019/C 187/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bashar Ibrahim (C-297/17), Mahmud Ibrahim, Fadwa Ibrahim, Bushra Ibrahim, Mohammad Ibrahim, Ahmad Ibrahim (C-318/17), Nisreen Sharqawi, Yazan Fattayrji, Hosam Fattayrji (C-319/17), Bundesrepublik Deutschland (C-438/17)
Konvenuti: Bundesrepublik Deutschland (C-297/17, C-318/17, C-319/17), Taus Magamadov (C-438/17)
Dispożittiv
1) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru li jipprevedi applikazzjoni immedjata tad-dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 33 ta’ din id-direttiva għal applikazzjonijiet għall-ażil li dwarhom ma jkunx għadu ġie deċiż definittivament, li kienu ġew ippreżentati qabel l-20 ta’ Lulju 2015 u qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali. Min-naħa l-oħra, dan l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52, moqri b’mod partikolari fid-dawl tal-imsemmi Artikolu 33 jipprekludi tali applikazzjoni immedjata f’sitwazzjoni li fiha kemm l-applikazzjoni għall-ażil kif ukoll it-talba għall-finijiet ta’ teħid lura kienu ġew introdotti qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2013/32 u, konformement mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għadhom jaqgħu kompletament taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz. |
2) |
F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-Kawżi C-297/17, C-318/17 u C-319/17, l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2013/32 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri li jiċħdu applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli skont il-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu 33, mingħajr ma dawn tal-aħħar għandhom jew jistgħu jirreferu bħala prijorità għall-proċeduri ta’ teħid inkarigu jew ta’ teħid lura previsti mir-Regolament Nru 604/2013. |
3) |
L-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jeżerċita l-possibbiltà offruta minn din id-dispożizzjoni li jiċħad applikazzjoni għall-għoti tal-istatus ta’ rifuġjat bħala inammissibbli minħabba li l-applikant ikun diġà ngħata protezzjoni sussidjarja minn Stat Membru ieħor, meta l-kundizzjonijiet tal-ħajja prevedibbli li dan l-applikant jiltaqa’ magħhom bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja f’dan l-Istat Membru ieħor ma jesponuhx għal riskju serju li jissubixxi trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċirkustanza li l-benefiċjarji ta’ tali protezzjoni sussidjarja jirċievu, f’dan l-Istat Membru, ebda benefiċċju ta’ sussistenza, jew ikunu destinatarji ta’ tali benefiċċju f’ammont nettament inqas milli fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jiġu ttrattati b’mod differenti minn ċittadini ta’ dan l-Istat Membru, ma tistax twassal għall-konstatazzjoni li dan l-applikant ikun espost fih għal tali riskju ħlief jekk din ikollha bħala konsegwenza li jsib ruħu, minħabba l-vulnerabbiltà partikolari tiegħu, indipendentement mir-rieda tiegħu u mill-għażliet personali tiegħu, f’sitwazzjoni ta’ deprivazzjoni materjali estrema. L-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jeżerċita dik l-istess possibbiltà, meta l-proċedura ta’ ażil fl-Istat Membru l-ieħor li jkun ta protezzjoni sussidjarja lill-applikant twassal sabiex jiġi rrifjutat sistematikament, mingħajr eżami reali, l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat lil applikanti għal protezzjoni internazzjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija. |