Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0266

    Kawżi Magħquda C-266/17 u C-267/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Rhein-Sieg-Kreis (C-266/17), Rhenus Veniro GmbH & Co. KG (C-267/17) vs Verkehrsbetrieb Hüttebräucker GmbH, BVR Busverkehr Rheinland GmbH (C-266/17), Kreis Heinsberg (C-267/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq — Regolament (KE) Nru 1370/2007 — Artikolu 5(1) u (2) — Għoti dirett — Kuntratti għal servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tram — Kundizzjonijiet — Direttiva 2004/17/KE — Direttiva 2004/18/KE)

    ĠU C 187, 3.6.2019, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Rhein-Sieg-Kreis (C-266/17), Rhenus Veniro GmbH & Co. KG (C-267/17) vs Verkehrsbetrieb Hüttebräucker GmbH, BVR Busverkehr Rheinland GmbH (C-266/17), Kreis Heinsberg (C-267/17)

    (Kawżi Magħquda C-266/17 u C-267/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Artikolu 5(1) u (2) - Għoti dirett - Kuntratti għal servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tram - Kundizzjonijiet - Direttiva 2004/17/KE - Direttiva 2004/18/KE)

    (2019/C 187/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    (Kawża C-266/17)

    Rikorrenti: Rhein-Sieg-Kreis

    Konvenuti: Verkehrsbetrieb Hüttebräucker GmbH, BVR Busverkehr Rheinland GmbH

    fil-preżenza ta’: Regionalverkehr Köln GmbH (C-266/17),

    (Kawża C-267/17)

    Rikorrenti: Rhenus Veniro GmbH & Co. KG

    Konvenuta: Kreis Heinsberg

    fil-preżenza ta’: WestVerkehr GmbH (C-267/17)

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, ma japplikax għall-għoti dirett tal-kuntratti li jirrigwardaw servizzi pubbliċi ta’ trasport bix-xarabank li ma għandhomx il-forma ta’ kuntratti ta’ konċessjoni għal servizzi fis-sens tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, u tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi.


    (1)  ĠU C 283, 28.8.2017.

    ĠU C 269, 14.8.2017


    Top