Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0021

Kawża C-21/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – Catlin Europe SE vs O.K. Trans Praha spol. s r. o. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas — Regolament (KE) Nru 1896/2006 — Ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas flimkien mat-talba għal ordni — Assenza ta’ traduzzjoni tat-talba għal ordni — Ordni ta’ ħlas Ewropea ddikjarata eżekuttiva — Talba għal eżami mill-ġdid wara li jkun skada t-terminu ta’ oppożizzjoni — Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Applikabbiltà — Artikolu 8 u Anness II — Informazzjoni tad-destinatarju tad-dritt li jirrifjuta li jaċċetta att promotur mhux tradott — Assenza tal-formola standard — Konsegwenzi)

ĠU C 399, 5.11.2018, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – Catlin Europe SE vs O.K. Trans Praha spol. s r. o.

(Kawża C-21/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas - Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas flimkien mat-talba għal ordni - Assenza ta’ traduzzjoni tat-talba għal ordni - Ordni ta’ ħlas Ewropea ddikjarata eżekuttiva - Talba għal eżami mill-ġdid wara li jkun skada t-terminu ta’ oppożizzjoni - Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Applikabbiltà - Artikolu 8 u Anness II - Informazzjoni tad-destinatarju tad-dritt li jirrifjuta li jaċċetta att promotur mhux tradott - Assenza tal-formola standard - Konsegwenzi))

(2018/C 399/08)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Catlin Europe SE

Konvenuta: O.K. Trans Praha spol. s r. o.

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi nnotifikata jew ikkomunikata lill-konvenut mingħajr ma t-talba għal ordni mehmuża magħha tkun ifformulata jew akkumpanjata minn traduzzjoni bil-lingwa li huwa mistenni jifhem, hekk kif jeħtieġ l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1393/2007, il-konvenut għandu jkun debitament informat, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament tal-aħħar, bid-dritt tiegħu li jirrifjuta li jaċċetta l-att inkwistjoni.

Fil-każ ta’ ommissjoni ta’ din il-formalità, ir-regolarizzazzjoni tal-proċedura għandha sseħħ konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament tal-aħħar, billi tiġi kkomunikata lill-persuna kkonċernata l-formola standard li tinsab fl-Anness II tiegħu.

F’dan il-każ, minħabba l-irregolarità proċedurali li taffettwa n-notifika jew il-komunikazzjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, flimkien mat-talba għal ordni, din l-ordni ma tiksibx forza eżekuttiva u t-terminu mogħti lill-konvenut biex joġġezzjona ma jistax jibda jiddekorri, b’tali mod li l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1896/2006 ma jistax japplika.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.


Top