Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0004

    Kawża C-4/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea (“Appell — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Infiq eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni Ewropea — Infiq magħmul mir-Repubblika Ċeka — Regolament (KE) Nru 479/2008 — Artikolu 11(3) — Kunċett ta’ ‘ristrutturazzjoni tal-vinji’”)

    ĠU C 399, 5.11.2018, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-4/17 P) (1)

    ((“Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) - Infiq eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Infiq magħmul mir-Repubblika Ċeka - Regolament (KE) Nru 479/2008 - Artikolu 11(3) - Kunċett ta’ ‘ristrutturazzjoni tal-vinji’”))

    (2018/C 399/06)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Appellant: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš u J. Vláčil, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u B. Eggers, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ottubru 2016, Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni (T-141/15, mhux ippubblikata, EU:T:2016:621), hija annullata.

    2)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103 tas-16 ta’ Jannar 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), inkwantu hija teskludi l-infiq magħmul mir-Repubblika Ċeka taħt il-FAEG favur il-miżura ta’ protezzjoni tal-vinji kontra l-ħsarat ikkawżati mill-annimali u mill-għasafar għas-snin 2010 sa 2012 għal ammont totali ta’ EUR 2 123 199,04, hija annullata.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika Ċeka sostnuti kemm fil-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll f’dik ta’ dan l-appell.


    (1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


    Top