Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0893

    Kawża T-893/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Xiaomi vs EUIPO – Apple (MI PAD)

    ĠU C 46, 13.2.2017, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/26


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Xiaomi vs EUIPO – Apple (MI PAD)

    (Kawża T-893/16)

    (2017/C 046/29)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Xiaomi, Inc. (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Raab u C. Tenkhoff, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MI PAD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 780 987

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Settembru 2016, fil-Każ R 363/2016-1

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top