Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0891

    Kawża T-891/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2016 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 63, 27.2.2017, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/32


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2016 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-891/16)

    (2017/C 063/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Copenhagen, id-Danimarka), Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara li l-konvenuta naqset b’mod illegali li taġixxi skont l-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sa fejn naqset li tiddefinixxi l-pożizzjoni tagħha dwar l-ilment tar-rikorrenti tal-5 ta’ Ġunju 2014, dwar għajnuna mill-Istat mogħtija għall-finanzjament tal-kollegament fiss tar-reġjun ta’ Fehmarn;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti anki jekk, wara l-preżentazzjoni tar-rikors, il-Kummissjoni tieħu azzjoni li fl-opinjoni tal-Qorti Ġenerali tneħħi l-bżonn li tingħata deċiżjoni jew jekk il-Qorti Ġenerali tiċħad r-rikors bħala inammissibbli.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens żejjed involut fl-imposti tal-ferrovija mhux kummerċjali li għandhom jitħallsu mill-operatur tal-ferrovija nazzjonali Daniż DSB lill-parti terza inkwistjoni għall-użu tal-Kollegament Fiss (Fażi ta’ Kostruzzjoni).

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tal-użu gratuwitu tal-proprjetà tal-Istat ipprovdut lill-parti terza kkonċernata għall-kostruzzjoni tal-Kollegament Fiss (Fażi ta’ Kostruzzjoni).

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tal-garanziji mill-Istat lill-parti terza kkonċernata billi dan ma kienx awtorizzat fid-Deċiżjoni ta’ Ippjanar (Fażi tal-Ippjanar).

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tal-injezzjonijiet ta’ kapital lill-parti terza kkonċernata f’eċċess ta’ ammonti awtorizzati fid-Deċiżjoni ta’ Ippjanar (Fażi ta’ Ippjanar).

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tas-Self mill-Istat lill-partijiet terzi kkonċernati waqt li d-Deċiżjoni ta’ Ippjanar awtorizzat biss l-għoti ta’ garanziji mill-Istat (Fażi ta’ Ippjanar).

    6.

    Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tas-Self mill-Istat lill-partijiet terzi kkonċernati f’eċċess tal-baġit awtorizzat fid-Deċiżjoni tal-Ippjanar (Fażi tal-Ippjanar).

    7.

    Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tal-vantaġġi ta’ taxxa lill-partijiet terzi kkonċernati li ma kinux awtorizzati fid-Deċiżjoni tal-Ippjanar (Fażi tal-Ippjanar).


    Top