This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0882
Case T-882/16: Action brought on 15 December 2016 — Sipral World v EUIPO — La Dolfina (DOLFINA)
Kawża T-882/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Sipral World vs EUIPO – La Dolfina (DOLFINA)
Kawża T-882/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Sipral World vs EUIPO – La Dolfina (DOLFINA)
ĠU C 46, 13.2.2017, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/25 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Sipral World vs EUIPO – La Dolfina (DOLFINA)
(Kawża T-882/16)
(2017/C 046/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sipral World, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: La Dolfina, SA (Buenos Aires, l-Arġentina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “DOLFINA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 701 828
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1897/2015-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti intervenjenti, LA DOLFINA S.A. għall-ispejjeż kollha tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, inkluż dawk relatati mal-proċedimenti tat-Tieni Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikoli 15, 42, 51, 75, 78 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regoli 22 u 40 tar-Regolament Nru 2868/95. |