Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0858

    Kawża T-858/16: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2016 – Dow Corning u Dow Corning Europe vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 46, 13.2.2017, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/20


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2016 – Dow Corning u Dow Corning Europe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-858/16)

    (2017/C 046/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Dow Corning Corporation (Midland, Michigan, l-Istati Uniti) u Dow Corning Europe (Seneffe, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Verschuur, M. Stroungi u L. Mélia, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju [innotifikata taħt in-numru C(2015) 9837] (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) (1);

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589 (2) mill-Kummissjoni billi hija kklassifikat b’mod żbaljat bħala skema ta’ għajnuna d-deċiżjonijiet dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed, u b’hekk wettqet diversi żbalji manifesti ta’ liġi, ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni billi indikat motivazzjoni insuffiċjenti.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE mill-Kummissjoni meta hija żball materjali ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta applikat il-qafas ta’ referenza bil-għan li tiddetermina jekk id-deċiżjonijiet dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed kienux jagħtu vantaġġ selettiv.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, mill-Kummissjoni, meta hija qieset b’mod żbaljat li d-deċiżjonijiet dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed jagħtu vantaġġ selettiv, u b’hekk wettqet diversi żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, naqset milli twettaq eżami diliġenti u imparzjali u pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti.

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2015/1589 u tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni billi wettqet żball materjali ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni kif ukoll li pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti fid-determinazzjoni tal-metodoloġija sabiex tikkwantifika l-għajnuna allegata.


    (1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta' għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (notifikata bid-dokument numru C(2015) 9837) (ĠU 2016, L 260, p. 61).

    (2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


    Top