Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0777

    Kawża T-777/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2016 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell. Insulation Technology Made in Sweden)

    ĠU C 14, 16.1.2017, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 14/46


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2016 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell. Insulation Technology Made in Sweden)

    (Kawża T-777/16)

    (2017/C 014/55)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Isocell GmbH (Neumarkt am Wallersee, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Thiele, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: iCell AB (Älvdalen, l-Isvezja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “iCell. Insulation Technology Made in Sweden” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 882 023

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 181/2016-1

    Talbiet

    temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-oppożizzjoni b’mod sħiħ u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12882023;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top