EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0771

Kawża T-771/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Toontrack Music vs EUIPO (EZMIX)

ĠU C 14, 16.1.2017, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/45


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Toontrack Music vs EUIPO (EZMIX)

(Kawża T-771/16)

(2017/C 014/53)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Toontrack Music (Umeå, l-Iżvezja) (rappreżentant: L. E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea “EZMIX” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 945 423

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2016 fil-Każ R 2436/2015-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c), 7(2), 43 u 65 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frer 2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti kif ukoll għall-ispejjeż tagħha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c), 7(2) u 43 tar-Regolament Nru 207/2009


Top