Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0762

    Kawża T-762/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – ArcelorMittal Belval & Differdange u ThyssenKrupp Steel Europe v ECHA

    ĠU C 14, 16.1.2017, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 14/41


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – ArcelorMittal Belval & Differdange u ThyssenKrupp Steel Europe v ECHA

    (Kawża T-762/16)

    (2017/C 014/50)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: ArcelorMittal Belval & Differdange SA (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu) u ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Scheidmann u M. Kottmann, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċ (ECHA)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA tas-26 ta’ Settembru 2016 (referenza ATD/52/2016);

    alternattivament, tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA tad-19 ta’ Awwissu 2016 (referenza ATD/52/2016) sa fejn din tiċħad it-talba tar-rikorrenti tal-access għall-fajl tagħhom;

    tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

    Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tapplika b’mod żbaljat l-imsemmija dispożizzjoni peress li b’mod żbaljat ġie kkonstatat li permezz ta’ żvelar jiddgħajjfu interessi kummerċjali u huma jsostnu wkoll li d-deċiżjoni tinjora interess pubbliku superjuri.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

    Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-imsemmija dispożizzjoni u li, kuntrarjament għal din id-deċiżjoni, id-dokumenti li għalihom l-aċċess huwa mitlub fil-fatt jappartjenu għall-fajl tar-rikorrenti u għalhekk ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni.


    Top