Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0785

    Kawża T-785/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – BSH Electrodomesticos España vs EUIPO – DKSH International (Ufesa) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Ufesa — Ftehim bonarju — Kisba mir-rikorrenti tat-trade mark mitluba — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 231, 17.7.2017, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 231/25


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – BSH Electrodomesticos España vs EUIPO – DKSH International (Ufesa)

    (Kawża T-785/16) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Ufesa - Ftehim bonarju - Kisba mir-rikorrenti tat-trade mark mitluba - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2017/C 231/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: BSH Electrodomesticos España, SA (Huarte-Pamplona, Spanja) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Duarte Guimarães u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DKSH International Ltd. (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Johannsen u J. Stock, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 (Każ R 1691/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Electrodomesticos España u DKSH International.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    BSH Electrodomesticos España, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    DKSH International Ltd. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


    Top