EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0895

Kawża T-895/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2017 – Toontrack Music vs EUIPO (SUPERIOR DRUMMER) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SUPERIOR DRUMMER — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1002)”)

ĠU C 22, 22.1.2018, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2017 – Toontrack Music vs EUIPO (SUPERIOR DRUMMER)

(Kawża T-895/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SUPERIOR DRUMMER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1002)”))

(2018/C 022/53)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Toontrack Music AB (Umeå, l-Isvezja) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2438/2015-5), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUPERIOR DRUMMER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Toontrack Music AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 13.2.2017.


Top