EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0689

Kawża T-689/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Pipiliagkas vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Assenjazzjoni — Deċiżjoni b’effett retroattiv — Artikolu 22a tal-Istatut — Awtorità li ma kellhiex kompetenza — Responsabbiltà — Kumpens għad-danni materjali u morali”)

ĠU C 82, 4.3.2019, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Pipiliagkas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-689/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni - Deċiżjoni b’effett retroattiv - Artikolu 22a tal-Istatut - Awtorità li ma kellhiex kompetenza - Responsabbiltà - Kumpens għad-danni materjali u morali”))

(2019/C 82/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nikolaos Pipiliagkas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 tal-kap tal-unità “Ġestjoni tal-Karriera u tar-Rendiment” tad-Direttorat Ġenerali Riżorsi Umani u Sigurtà tal-Kummissjoni dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid tar-riskorrent, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens ta’ danni materjali u morali li allegatament huwa ġarrab.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 tal-kap tal-unità “Ġestjoni tal-Karriera u tar-Rendiment” tad-Direttorat Ġenerali “Riżorsi Umani u Sigurtà” tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid ta’ Nikolaos Pipiliagkas b’effet fl-1 ta’ Jannar 2013, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll in-nofs ta’ N. Pipiliagkas.

4)

N. Pipiliagkas għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


Top