Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0611

    Kawża T-611/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Trautmann vs SEAE (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal — Kundizzjonijiet għall-għoti — Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Frekwentazzjoni regolari u fuq bażi full-time ta’ stabbiliment ta’ edukazzjoni bi ħlas — Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal smigħ”)

    ĠU C 42, 5.2.2018, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 42/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Trautmann vs SEAE

    (Kawża T-611/16) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Kundizzjonijiet għall-għoti - Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Frekwentazzjoni regolari u fuq bażi full-time ta’ stabbiliment ta’ edukazzjoni bi ħlas - Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ”))

    (2018/C 042/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Ernst Ulrich Trautmann (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: M. Meyer, avukat)

    Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Weiss, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-SEAE tat-18 ta’ Diċembru 2014 li tistma mill-ġdid l-ammont tal-allowance tal-edukazzjoni dovuta lir-rikorrent, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tat-12 ta’ Jannar 2016 li tirkupra, permezz ta’ ammonti miżmuma mir-remunerazzjoni, l-ammonti mħallsa indebitament lir-rikorrent, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2016 li tiċħad l-ilmenti mressqa kontra l-imsemmija deċiżjonijiet, u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tas-SEAE sabiex iħallas lura lir-rikorrent l-ammonti preċedentement imħallsa fir-rigward tad-dritt tiegħu għall-allowance tal-edukazzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ernst Ulrich Trautmann huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 371, 10.10.2016 (il-kawża kienet inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-41/16 u ġiet ittrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2016).


    Top